Sunday, December 22, 2024

Serie A: Il-leaders Inter iżommu l-erba’ punti vantaġġ

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Inter żammew l-erba’ punti vantaġġ f’ras il-klassifika meta għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 2-0 grazzi għal goals minn Yann Bisseck (43) u Nicolo Barella (78). 

Min-naħa l-oħra Lecce kellhom lil Lameck Banda (83) imkeċċi.

B’hekk in-Nerazzurri se jtemmu s-sena 2023 bħala leaders assoluti. 

Frosinone v Juventus – Juventus kellhom jitħabtu biex għelbu lil Frosinone bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien iż-żagħżugħ Tork, Kenan Yildiz, li fit-12-il minuta fetaħ l-iskor għall- Bianconeri minn azzjoni personali.  

Iżda Frosinone kisbu d-draw minn Jaime Baez (51). Madankollu, it-team immexxi mill-coach, Massimiliano Allegri, kiseb it- tliet punti grazzi għall-goal mis-sostitut Dusan Vlahovic (81).

Bologna v Atalanta – Bologna telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta f’darhom għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 1-0. 

Kienet partita bilanċjata iżda Lewis Ferguson (86) għamel id-differenza. 

Torino v Udinese – Torino u Udinese temmew fi draw ta’ 1-1 biż-żewġ goals jaslu lejn it-tmiem. Kien Oier Zarraga (81) li fetaħ l-iskor għal Udinese iżda Ivan Ilic (88) kiseb id-draw għall-Granata. 

Verona v Cagliari– Verona laqgħu lil Cagliari u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fit-tieni taqsima minn Cyril Ngonge (53) u Milan Djuric (92).

Ekonomija

Sport