Saturday, February 7, 2026

Serie A: Inter b’ċans tajjeb li jkabbru l-vantaġġ

Aqra wkoll

Matul dawn it-tliet ijiem tkompli tintlagħab l-24 ġurnata tas-Serie A fejn Inter jistgħu jkomplu jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika.

Sassuolo v Inter – Inter immorru jilagħbu għand Sassuolo li jinsabu xxam­plati f’nofs il-klassifika min­għajr l-ebda periklu tar-re­legazzjoni.

Bħalissa, in-Nerazzurri għaddejjin minn forma bril­lanti meta fl-aħħar 11-il partita huma kisbu 30 punt, jiġifieri 10 rebħiet.

Iżda din il-partita xorta tista’ titqies bħala waħda delikata u Inter iridu juru rispett massimu lejn l-avversarji.

Barra minn hekk se tippreżenta dwell ferm inte­ressanti bejn Lautaro Martinez ta’ Inter u Domenico Berardi ta’ Sassuolo.

Min-naħa tagħhom, Inter għandhom bosta players imweġġgħin fosthom, Kristjan Asllani, Hakan Calhanoglu, Nicolo Barella u Denzel Dumfries.

Genoa v Napoli – Hekk kif Napoli jinsabu konxji li t-tamiet tagħhom għar-rebħ tat-titlu tarulhom minħabba li jinsabu disa’ punti taħt il-leaders Inter, issa jikkonċentraw li jikkwali­f­ikaw għal post fil-UEFA Champions League.

Huma jridu wkoll jinsew id-diżappunt li sfaw eliminati minn din il-kompetiz­zjoni biex l-istaġun tagħ­hom huwa kważi mitmum.

Din mhix se tkun partita faċli minħabba li Genoa jinsabu fil-bżonn tal-punti hekk kif jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika … sitt punti ‘l bogħod miż-żona l-ħamra.

Il-Partenopei għandhom lista ta’ players imweġġgħin li huma Giovanni Di Lorenzo, Michael Folorunsho, David Neres, Amir Rrah­mani, Andre-Frank Zambo Anguissa, Billy Gilmour, Pasquale Mazzocchi, Kevin De Bruyne u Matteo Politano.

Juventus v Lazio – Juventus jospitaw lil Lazio f’dik li hija meqjusa bħala logħba diffiċli.

Il-Bianconeri għandhom iċ-ċans li jaqbżu fit-tielet pożizzjoni jekk Napoli jfallu u huma joħorġu rebbieħa.

Fil-kampjonat, it-team tal-coach Luciano Spal­letti, ġej minn żewġ reb­ħiet li fihom skor­jaw seba’ goals u sofrew wieħed biss.

Min-naħa l-oħra, rebħa hija prioritá għal Lazio minħabba li qed jitbegħdu miż-żona Ewropea. 

Milan v Como – Il-partita bejn Milan u Como kel­lha tiġi posposta minħabba li San Siro kellu jospita ċ-ċe­rimonja tal-ftuħ tal-Olim­pjadi tax-Xitwa.

Kien hemm il-ħsieb li dan il-konfront jintla­għab fl-Awstralja iżda min­ħab­ba l-kritika qawwija, il-Lega Serie A ċediet għall-pres­sjoni li din il-partita għandha tintlagħab fl- Italja u f’ebda pajjiż ieħor.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport