Sunday, December 22, 2024

Serie A: Inter jersqu aktar lejn ir-rebħ tal-Iscudetto

Aqra wkoll

Minħabba l-festi tal-Għid il-Kbir, għada mhux jintlagħbu l-partita tas-Serie A u għaldaqstant illum jintlagħbu ħames partiti, bil-ħamsa l-oħra jintlagħbu nhar it-Tnejn li ġej. 

B’Inter jersqu aktar lejn ir-rebħ tat-titlu, it-taqtiegħa hija bejn min se jispiċċa fit-tliet postijiet sussegwenti. 

Iżda filwaqt li f’dan il- programm Inter jibdew favoriti meta jospitaw lil Empoli, mhux l-istess jista’ jingħad għal Milan u Juventus meta jmorru jilagħbu għand Fiorentina u Lazio rispettivament.  

Jekk ir-Rossoneri u l-Bianconeri jonqsu milli jiksbu t-tliet punti, Bologna, li jinsabu fir-raba’ post tal- klassifika, jimmiraw li japprofittaw biex jersqu aktar lejhom. 

Inter v Empoli – Inter jilqgħu lil Empoli fejn jimmiraw li jirritornaw għar- rebħ wara d-draw ta’ 1-1 kontra Napoli. 

Wara li sfaw eliminati minn Ateltico Madrid mill- UEFA Champions League, issa Inter għandhom it-triq imwittija biex jirbħu l-Iscudetto … meta jonqoshom 13-il punt hekk kif fadal disa’ partiti għat-tmiem. 

Peró, huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-players imweġġgħin, Juan Cuadrado, Stefano Sensi, Marko Arnautovic u Carlos Augusto. 

Dan minbarra li huma ġew milquta wkoll mill-każ ta’ Francesco Acerbi li allegatament indirizza kumment razzist lejn id-difensur Brażiljan ta’ Napoli, Juan Jesus.  

Fiorentina v Milan – Milan imorru jilagħbu għand Fiorentina li ilhom weqfin għal dawn l-aħħar ġimagħ­tejn minħabba li l-aħħar partita tagħhom, dik kontra Atalanta, ġiet posposta min­ħabba l-mewt għall-għarrieda tad-direttur sportiv tagħ­hom, Joe Barone, wara li sofra minn attakk f’qalbu. 

Milan ġejjin minn rebħa ta’ 3-1 kontra Verona barra minn darhom u jimmiraw li jirreġistraw r-raba’ rebħa infila biex iżommu t-tieni po­żizzjoni.

Min-naħa ta’ Fiorentina, dawn jinsabu fil-bżonn tal- punti biex ikomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Europa League. 

Filwaqt li Milan ma jistgħux jużaw lil Tommaso Pobega, il-Viola għandhom lil Gaetano Castrovilli, Oliver Christensen qed jir­kupraw minn injury u Lucas Beltran jinsab sospiż. 

Lazio v Juventus – Juventus imorru fi Stadio Olimpico biex jaffrontaw lil Lazio. 

Iż-żewġ timijiet jimmi­raw li jirritornaw għar- rebħ għax filwaqt li fl-aħħar ħar­ġa Lazio sfaw megħluba minn Udinese bl-iskor ta’ 2-1, Juventus spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Genoa hekk kif it-tnejn kienu qed jilagħbu f’darhom. 

It-telfa ta’ Lazio wasslet għar-riżenja tal-coach, Maurizio Sarri, li kienet ukoll il-ħames waħda f’sitt partiti. 

Għaldaqstant, issa t-team huwa mmexxi mill-assistent tiegħu, Giovanni Martu­sciel­lo.

Patric u Nicolo Rovella jibqgħu barra għal Lazio iżda jirritorna Mattéo Guendouzi minn sospensjoni waqt li Mattia De Sciglio u Carlos Alcaraz hu­ma barra għal Juventus.

Ekonomija

Sport