Monday, May 13, 2024

Talba biex l-ex president tal-FA Spanol, Luis Spanjol, jingħata l-ħabs

Aqra wkoll

Il-prosekuturi Spanjoli jridu li l-eks president tal-Federazzjoni tal-Football tal-paj­jiż jiġi mitfugħ il-ħabs għal sentejn u nofs, wara li bies player tal-football femminili kontra r-rieda tagħha fir-rebħa ta’ Spanja tat-Tazza tad-Dinja 2023 fl-Awstralja u New  Zealand.

Luis Rubiales qed jiffaċċja akkużi ta’ attakk sesswali u sfurzar wara li f’Awwissu li għadda qabad lil Jenni Hermoso u biesha fuq xofftejha. Hija u sħabha qalu li l-bewsa ma kinitx mixtieqa u kienet umiljanti.

Rubiales kien ġie sfurzat jirriżenja, iżda ċaħad kull aġir ħażin.

Skont dokument tal-qorti, il-prosekutur Marta Durantez xliet lil Rubiales b’akkuża ta’ attakk sesswali u wieħed ta’ sfurzar għall-allegati azzjonijiet tiegħu wara l-bewsa. L-akkużi jġorru sentenza ta’ ħabs ta’ sena u 18-il xahar rispettivament.

Is-Sinjura Durantez akkużat ukoll lill-eks coach tat-team nazzjonali tan-nisa, Jorge Vilda, lid-direttur sportiv attwali tat-team, Albert Luque, u lill-kap tal-marketing tal- federazzjoni, Ruben Rivera, li ġagħlu lil Hermoso biex tgħid li l-bewsa kienet kunsenswali.

L-akkuża kienet tgħid li ffastidjawha permezz ta’ “atti ta’ pressjoni kostanti u ripetuti”, inkluż permezz tal-ħbieb u l-familja tagħha.

It-tlieta ċaħdu li għamlu ħażin meta dehru quddiem il-qorti. Kull wieħed jista’ jeħel sa 18-il xahar ħabs jekk jinstab ħati.

Is-Sinjura Durantez trid ukoll li l-erba’ rġiel iħallsu danni li jammontaw għal €100,000 (£85,677; $108,000) lis-Sinjura Hermoso, u li s-Sur Rubiales iħallas mill-inqas nofs dan l-ammont.

Hija talbet ukoll ordni ta’ trażżin għas-Sur Rubiales, li tipprojbixxih milli jersaq sa 200 metru (656 pied) mis-Sinjura Hermoso u milli jikkomunika magħha għas-seba’ snin u nofs li ġejjin.

Sport