Wednesday, April 24, 2024

€3,177,135 miġbura b’risq Puttinu Cares

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-qalb ġeneruża tal-poplu Malti reġgħet semgħet l-appell ta’ Puttinu Cares biex inġabru €3,177,135 f’maratona ta’ ġbir ta’ fondi biex jitlesta’ l-proġett il-ġdid ġewwa ċ-Ċentru, li jinkludi 27 appartament ġdid għal iktar familji fil-bżonn.

Il-poplu Malti u Għawdxi ngħaqad fit-tbatija tal-marid u f’ġest kbir ta’ solidarjetà għen il-ħidma li ssir minn Puttinu Cares, sabiex toffri residenza bla ħlas lill-pazjenti li jkunu bżonn ta’ kura fi sptarijiet u lill-qrabathom.

Il-maratona f’xandira televiziva ta’ 9 sigħat f’nhar il-Ġimgħa l-Kbira ttellgħet bil-parteċipazzjoni ta’ għexieren ta’ voluntiera.

Apparti dawk li taw id-donazzjoni tagħhom permezz tat-telefon jew billi jibgħatu messaġġ, bosta għażlu li jżuru l-istudios sabiex jagħtu d-donazzjoni tagħhom.

Fost dawn kien hemm ukoll il-Prim Ministru Robert Abela, li f’isem il-Gvern Malti ppreżenta s-somma ta’ €50,000 mill-Fond tal-Kawżi Ġusti.

Fil-maratona pparteċipaw ukoll il-President ta’ Malta George Vella u l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, fost oħrajn

Matul din il-maratona tfakkret ukoll il-memorja tat-Tabib Victor Calvagna, il-fundatur ta’ Puttinu Cares.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport