Lautaro Martinez u Marcus Thuram kienu ż-żewġ skorers ta’ Inter fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Lazio hekk kif huma approfittaw minn żbalji difensivi biex issa n-Nerazzurri fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fil-quċċata tas-Serie A wara li Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Genoa.
It-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, irnexxielu jikseb it-tliet punti barra minn daru minkejja li kellu bosta players neqsin fosthom, Alexis Sanchez, Denzel Dumfries, Benjamin Pavard, Juan Cuadrado u Stefan de Vrij.
Qabel il-partita, ingħatat tislima f’għeluq l-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Sinisa Mihajlovic li lagħab maż-żewġ clubs.