Saturday, December 21, 2024

Serie A: Inter jirbħu … Juventus miżmuma

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-10 ġur­nata tas-Serie A, barra minn darhom Inter għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 3-0 biex naqqsu d-distakk għal er­ba’ punti fil-konfront tal- leaders Napoli.

Empoli v Inter – Inter kienu fi klassi għalihom u għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 3-0. 

Għall-bidu, it-team ospitu kien sfida denja sakemm tkeċċa Saba Goglichidze (31) għal karta ħamra diretta għal foul ikrah fuq Marcus Thuram. 

Ir-rebħa ta’ Inter imma­turat fit-tieni taqsima bi     tliet goals mingħajr risposta minn doppjetta ta’ Davide Frattesi (50, 67) u Lautaro Martinez (79). 

Venezia v Udinese – Venezia għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals jaslu minn Joel Pohjanpalo (41 pen, 86 pen) u Hans Nicolussi (56) wara li Udinese fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Sandi Lovric (19) u Iker Bravo (25). Il-Friulani kellhom lil Isaak Toure (53) imkeċċi għal karta ħamra diretta. 

Atalanta v Monza – Ata­lanta għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ Lazar Samardzic (70) u Davide Zappacosta (89). 

Juventus v Parma – Juventus u Parma spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Enrico Del Prato (3) u Simon Sohm (38) skorjaw għal Parma iżda Weston McKennie (31) u Tim Weah (50) wieġbu għall-Bianconeri. 

Ekonomija

Sport