Tuesday, December 24, 2024

Serie A: Inter jirbħu … Milan miżmuma

Aqra wkoll

Qabel ma fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jiltaqgħu kontra xulxin, Inter u Milan kellhom fortuni differenti fil-Kampjonat Taljan hekk kif in-Nerazzurri ħarġu rebbieħa filwaqt li r-Rossoneri sfaw miżmuma.

Inter insew id-diżappunt tat-telfa ta’ 3-1 konta Lazio biex kienu huma din id-darba li joħorġu rebbieħa bl-istess skor kontra Cremonese.

Il-goals waslu minn Joaquin Correa (12), Nicolo Barella (38) u Lautaro Martinez (76) filwaqt li fil-ħin miżjud David Okereke rrisponda għal Cremonese.

Wara d-draw ta’ 1-1 kontra Atalanta, iċ-champions Milan reġgħu fallew żewġ punti importanti oħra meta barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Sassuolo.

Dawn tal-aħħar niżlu b’tattika difensiva hekk kif Milan sabuha diffiċli biex jinfdu x-xibka avversarja.

Iżda l-aktar punt negattiv tal-partita kienet l-injury ta’ Domenco Berardi lejn nofs it-tieni taqsima meta pprova jidħol fil-kaxxa u twaqqa’ minn wara minn Theo Hernandez. Huwa kellu jinħareġ mill-ground fejn hu antiċipat li se jdum barra mill-azzjoni.

Ekonomija

Sport