Friday, May 3, 2024

Erik Ten Hag irid lil Cristiano Ronaldo jibqa’… iżda hu ma jridx

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Manchester United Erik Ten Hag f’konferenza stampa li ta wara r-rebħa li t-team tiegħu kellu kontra Southampton fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tenna li l-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo għadu fil-pjanijiet tiegħu għal dan l-istaġun.

Ten Haag qal li kellem personalment lill-player veteran li skorja rekord ta’ gowls fil-karriera tiegħu u stqarr miegħu li jixtiequ jibqa’.

Minkejja kollox, Ronaldo xejn m’hu kuntent jilgħab f’Old Trafford, aktar u aktar għax mhux qed iniżżilha li jibqa’ barra mill-ewwel 11. Fil-logħba tas-Sibt li għadda, hu beda bħala sostitut u daħal għall-aħħar 20 minuta tal-logħba.

Sport