Tuesday, May 14, 2024

Saul Niguez segwit minn AS Roma

Aqra wkoll

Wara l-akkwist ta’ Andrea Belotti mingħand Torino, AS Roma mhux mistennija jieqfu f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li fadallu jumejn eżatt. Id-diriġenti Rumani xeħtu għajnejhom fuq il-player ta’ nofs il-ground ta’ Atletico Madrid Saul Niguez. Dan tal-aħħar qed jiġi attirat mill-idea li jilgħab fis-Serie A Taljana aktar u aktar meta l-kowċ tal-Colchoneros Diego Pablo Simeone stqarr li l-plejer ma jinsabx fil-pjanijiet tiegħu. 

Matul dawn is-sigħat rappreżentanti tal-player qed jiltaqgħu mal-ogħla awtoritajiet f’Madrid sabiex jaslu għal xi forma ta’ trasferiment.

Sport