Saturday, December 28, 2024

SERIE A: Inter miżmuma fil-Marassi

Aqra wkoll

Inter ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 fi Stadio Marassi kontra t-team ta’ qabel l-aħħar fil-klassifika tas-Serie A, Sampdoria, fejn ir-ritorn ta’ Lautaro Martinez u Romelu Lukaku flimkien naqas li jagħtihom il-punti massimi biex ħallew lil Napoli xxamplati fil-quċċata b’distakk ta’ 15-il punt.

Kienet logħba speċjali għaż-żewġ coaches hekk kif Dejan Stankovic rebaħ it-treble ma’ Inter u kien kollega ma’ Simone Inzaghi ma’ Lazio.

Inter kellhom bosta ċansijiet iżda ma setgħux jinfdu lid-difiża tal-Blucerciati waqt li Calhanoglu mar viċin fit-80 minuta b’xutt qawwi u n-naħa l-oħra Fabio Quagliarella ma sab lil ħadd biex jikkonkludi meta ta cross fil-baxx fil-kaxxa.

VERONA JIRBĦU – Goal uniku minn Cyril Ngonge fil-31 minuta kien biżżejjed biex Verona jegħlbu lil Salernitana 1-0 f’darhom. B’din ir-rebħa l-Veroneżi resqu żewġ punti taħt Spezia u għalhekk fetħu tamiet ġodda li jevitaw ir-relegazzjoni fis-Serie B.

Ekonomija

Sport