Tuesday, May 14, 2024

Liverpool jirbħu d-derby bl-ewwel rebħa tas-sena

Aqra wkoll

Liverpool kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-Premier League fl-2023 meta għelbu b’mod komdu lill-ġirien Everton bl-iskor ta’ 2-0 fid-derby ta’ Merseyside f’Anfield.

Everton kienu fil-fatt żammew lil Liverpool bogħod milli jiftħu l-iskor qabel ma nqabdu b’kontrattakk devastanti wara 36 minuta, wara li d-difensur James Tarkowski kieb laqat il-lasta b’Liverpool jaħarbu permezz ta’ Darwin Nunez li sab lil Mohamed Salah li b’finitura sempliċi sab ix-xibka.

Erba’ minuti fit-tieni taqsima Liverpool neħħew kull tama li Everton setgħu jirkupraw meta l-akkwist il-ġdid mingħand PSV Eindhoven f’Jannar, Cody Gakpo, għamilhom tnejn wara centre mill-bogħod ta’ Trent Alexander-Arnold.

Liverpool kellhom lil Virgil van Dijk, Roberto Firmino u Diogo Jota fuq il-bank wara li kienu mweġġgħin, l-aħħar tnejn anke daħlu bħala sostitut fit-tieni taqsima.

Sport