Sunday, December 22, 2024

Serie A: Juventus inaqqsu distakk fil-quċċata b’rebħa fuq Roma

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Juventus temmew s-sena 2023, żewġ punti taħt il-leaders Inter b’rebħa ta’ 1-0 fuq Roma. 

Il-goal ta’ Adrien Rabiot, skorjat fis-47 minuta,  kien id-differenza bejn iż-żewġ timijiet f’konfront bilanċjat. 

Din ir-rebħa fissret li issa Juventus għandhom 43 punt

Juve spiċċaw is-sena fit-tieni post bi 43 punt minn 18-il logħba wara Inter, li nhar il-Ġimgħa ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Genoa.

Min-naħa l-oħra, b’din it-telfa, Roma jinsabu fis-seba’ pożizzjoni. 

Lejn it-tmiem, Federico Chiesa ħaseb li kabbar il-vantaġġ għall-Bianconeri iżda l-goal ġie annullat minħabba pożizzjoni ta’ offside. 

Ekonomija

Sport