Monday, May 13, 2024

Premier Ingliż: Tkompli l-kriżi ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Manchester United temmew is-sena 2023 fuq nota mill-aktar negattiva hekk kif marru għand Nottingham Forest u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1.

Kien hemm antiċipazzjoni li wara r-rebħa ta’ 3-2 fuq Aston Villa kellu jkun hemm enerġija pożittiva fl-iskwadra, iżda minflok, ir-Red Devils kellhom ibaxxu rashom għad-determinazzjoni ta’ team li qed jissielet kontra r-relegazzjoni. 

Il-goals tat-team ospitu waslu minn Nicolas Dominguez (64) u Morgan Gibbs-White (82) filwaqt li Marcus Rashford (78) kiseb id-draw momentarju għat-team immexxi minn Erik ten Hag li issa qed tikber il-pressjoni fuqu biex jitkeċċa. 

Sport