Wednesday, December 25, 2024

Serie A: Juventus jegħlbu lil Milan f’San Siro

Aqra wkoll

Fis-Serie A, barra minn darhom Juventus għelbu lil Milan  bl-iskor ta’ 1-0 li lagħbu bi player inqas għal aktar minn taqsima.  

L-attakkant Manuel Locatelli kien deċiżiv fit-62 minuta, hekk kif il-Biancneri telgħu fit-tielet, punt biss taħt Milan u żewġ punti taħt il-leaders Inter.

Ir-Rossoneri kienu sfurzati jilagħbu b’10 players għal aktar minn 50 minuta, wara li Malick Thiaw tkeċċa talli ċaħħad lil Moise Kean minn opportunità ċara ta’ goal.

Iż-żewġ timijiet kellhom bosta players regolari neqsin minħabba injuries u sospensjonijiet. 

Milan utilizzaw it-tielet goalkeeper, Antonio Mirante li għandu 40 sena, minħabba  n-nuqqas ta’ Mike Maignan u Marco Sportiello.

Peró, huwa rari kien impenjat sakemm ix-xutt ta’ Locatelli ġie devjat mid-difsensur Rade Krunic.

Aktar tard, Mirante wettaq saves fuq  Dusan Vlahovic u Andre Cambiaso, iżda bi player inqas il-Milanisti rari heddew il-lasti avvesarji. 

Juventus tilfu darba biss f’disa’ logħbiet tas-Serie A s’issa f’dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport