Saturday, December 21, 2024

Serie A: Juventus jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Juventus irritornaw għar-rebħa meta għelbu lil Lecce bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Il-Bianconeri kienu mingħajr is-sospiż Paul Pogba talli falla test tad-doping, b’Alex Sandro u Mattia De Sciglio mweġġa’, filwaqt li Moise Kean tħalla barra.

Wara taqsima mingħajr goals, fis-57 minuta, Juventus skorjaw l-uniku goal tal-partita, meta minn azzjoni ta’ corner, id-difiża ta’ Lecce naqset li tikklerja, b’Weston McKinnie jixħet lejn Adrien Rabiot li kompla bir-ras lejn Arkadiusz Milik li kien pront kompla l-ballun għal ġox-xibka. 

Fil-ħin miżjud Lecce kellhom lil Mohamed Kaba mkeċċi meta ntwera t-tieni karta safa għal foul ta’ simulazzjoni fil-kaxxa avversarja.

Ekonomija

Sport