Filip Kostic skorja l-uniku goal għal Juventus kontra Inter f’San Siro fit-23 minuta, iżda verifika tal-VAR għal possibbilta’ ta’ handball fissret dewmien twil qabel ma ġie konvalidat.
It-tempra splodiet mat-tisfira finali bit-taħwid jirriżulta f’karti ħomor għal Danilo D’Ambrosio ta’ Inter u s-sostitut ta’ Juventus, Leandro Paredes.
Wara li kull team lagħab 27 logħba u għat tmiem fadal 11 oħra, Napoli jinsabu jillidjaw lil Lazio b’19-il punt b’Juventus jinsabu fis-seba’ post seba’ punti wara Milan li jinsabu r-raba’ għall-fini tal-postijiet fiċ-Champions League.