Sunday, November 24, 2024

Serie A: Juventus jitilgħu fit-tieni post b’rebħa fuq Udinese

Aqra wkoll

Juventus qabżu waħedhom fit-tieni post tas-Serie A meta, f’partita sofferta, għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 1-0.

Qabel il-logħba il-kamp Juventus sellem il-memorja tal-eks player leġġendarju, Gianluca Vialli, li miet nhar il-Ġimgħa li għadda.

Kif kien mistenni Juventus kienu l-aħjar team iżda ma setgħux isibu t-triq lejn il-lasti avversarji.

Fl-ewwel taqsima, il-Bian­coneri rebħu l-inizjattiva iżda ftit li xejn indirizzaw xuttijiet lejn il-lasti avversarji. U meta għamlu dan, sabu lill-goalkeeper, Marco Silvestri attent.

Fit-tieni taqsima żiedu l-pressjoni u l-aktar li resaq viċin li Adrien Rabiot.

Madankollu, erba’ minuti mit-tmiem kien Danilo li skorja l-uniku goal tal-partita meta kompla għal ġewwa t-tenattiv ta’ Federico Chiesa. 

Fiorentina v Sassuolo – Fiorentina ospitaw lil Sassuolo u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex filwaqt li huma saħħew il-pożizzjoni tagħhom f’nofs il-klassifika, ħallew lil Sassuolo fil-periklu tar-relegazzjoni.

Wara taqsima mingħajr goals, il-Viola fetħu l-iskor fit-48 minuta, meta Riccardo Saponara approfitta minn clearance ħażin u kien pront xeħet il-ballun fix-xibka.

Iżda, fis-57 minuta, Sassuolo ngħataw penalty meta Dodo mess il-ballun b’idu biex Domenico Berardi ma żbaljax.

U meta l-partita dehret li kienet se tispiċċa fi draw, fil-91 minuta, Fiorentina skorjaw il-goal tar-rebħa minn penalty mogħti minn Nicolas Gonzalez wara li Ruan Tressoldi mess il-ballun b’idu biex l-istess Gonzalez inkuruna r-ritorn tiegħu fl-azzjoni wara assenza ta’ bosta xhur.

Sport