Thursday, November 7, 2024

Serie A: Lazio bi tlieta mkeċċija fit-telfa kontra Milan

Aqra wkoll

F’partita mis-Serie A, Lazio kellhom tliet players imkeċċija hekk kif tilfu kontra Milan bl-iskor ta’ 1-0.

Luca Pellegrini kien l-ewwel li ntwera l-karta l-ħamra, fis-57 minuta, wara t-tieni ammonizzjoni għal foul fuq Christian Pulisic.

Il-goal tar-Rossoneri wasal fit-88 minuta minn 20 metru. 

Lazio kellhom żewġ players oħra murija karti ħomor, din id-darba diretti,  b’Adam Marusic jitkeċċa għal reazzjoni rrabjata mar-referee.

Imbagħad, Matteo Guendouzi safa mekċċi meta agredixxa lil Pulisic billi waqqgħu mal-art bi frustrazzjoni biex ħalla lit-team ospitu bi tmien players. 

Sitt players ta’ Milan ġew ammoniti u tliet players oħra ta’ Lazio ġew murija karti sofor f’konfront mimli tensjoni.

Issa, Milan jinsabu t-tielet fil-klassifika, 13-il punt taħt il-leaders Inter Milan, filwaqt li Lazio – li nhar it-Tlieta jiffaċċjaw lil Bayern Munich fiċ-Champions League – niżlu fid-disa’ post.

Sport