Thursday, October 17, 2024

Serie A: Lazio megħluba f’darhom minn Atalanta

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Lazio sfaw megħluba f’darhom minn Atalanta biex dawn tal-aħħar laħqu lil Roma u lil Milan fit-tielet post tal-klassifika.

Il-goal waslu wieħed f’kull taqsima. Kien Davide Zappacosta (23) li fetaħ l-iskor meta dawwar il-ballun għal ġox-xibka mill-pass ta’ Ademola Lookman.

Imbagħad fil-65 minuta La Dea rduppjaw meta Luis Alberto tilef il-pussess tal-ballun għas-spejjeż ta’ Lookman li ġera mal-linja u xeħet cross li l-goalkeeper Ivan Provedel naqas li jżomm biex Rasmus Hojlund kien pront u kompla l-ballun għal ġox-xibka.

Sport