Monday, December 23, 2024

Serie A: Logħba diffiċli għal Inter

Aqra wkoll

Meta tintlagħab id-29 ġurnata tas-Serie, l- aktar partita li se tiġbed interess hija dik bejn il-leaders Inter u ċ-champions Na­poli fejn iż-żewġ timijiet iridu jirkupraw mid-diżappunt Ewropew.  

Inter v Napoli – Dan huwa konfront bejn timijiet li proprju din il-ġimgħa sfaw eliminati mir-round tal-Aħ­ħar 16 tal-UEFA Champions League għas-spejjeż ta’ żewġ timijiet Spanjoli …  Inter minn Atletico Madrid u Napoli minn Barcelona … u għaldaqstant m’hemm l-ebda team Taljan fil-kwarti-finali ta’ din il-kompetiz­zjoni tant prestiġjuża. 

L-akbar diżappunt kien dak ta’ Inter li kienu qed jimmiraw li jirbħu din it- Tazza li fl-istaġun li għadda kienu finalisti telliefa meta sfaw megħluba minn Manchester City bl-iskor ta’ 1-0.

Iżda filwaqt li huma jin­sabu ferm viċin li jirbħu l-kampjonat Taljan, iċ- champions Napoli jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika.

Dan huwa staġun li l- Partenopei jridu jinsew minħabba li kien wieħed turbulenti hekk kif għaddew mir-responsabbiltá ta’ tliet coaches … Rudi Garcia, Walter Mazzarri u issa Francesco Calzona.   

U min-naħa tan-Neraz­zurri, dawn iridu jirriorga­nizzaw minħabba li Napoli huma ostaklu diffiċli. 

Bħalissa huma jinsabu mill-aktar komdi fil-quċċata tal-klassifika hekk kif qed igawdu vantaġġ ta’ 16-il punt meta fadal għaxar partiti għal tmiem l-istaġun.

Dan se jkun is-78 konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet f’San Siro hekk kif f’dawk preċedenti, Inter reb­ħu 51 filwaqt li Napoli rebħu 9 biss.  

Huma ma jistgħux jagħ­mlu użu mill-imweġġgħin Marko Arnautovic, Carlos Augusto, Stefano Sensi u Juan Cuadrado filwaqt li Napoli għandhom il-players kollha għad-dispożiz­zjoni tagħhom.  

Verona v Milan – Milan imorru għand Verona fejn jimmiraw li jżommu t-tieni post wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda huma qab­żu lil Juventus … wara li għelbu lil Empoli  (1-0) filwaqt li l-Bianconeri ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Atalanta.

Min-naħa tagħhom, Verona qed jokkupaw l-14-il post … żewġ punti biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni u għaldaqstant jinżlu bi pjan offensiv minħabba li xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. 

Verona għandhom barra lil Juan Manuel Cruz li jinsab imweġġa’ filwaqt li Milan ma jistgħux jinkludu lil Tommaso Pobega li wkoll qed jirkupra minn injury. 

Juventus v Genoa – Juventus jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ meta jilqgħu lil Genoa li jinsabu f’żona komda li mhijiex mhedda mir-relegazzjoni. 

Il-Bianconeri bħalissa għaddejjin minn kriżi hekk kif fl-aħħar seba’ partiti kisbu rebħa waħda biss biex ippermettew lil Inter jaħarbu bil-kampjonat 

Huma għandhom bosta players neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury li jinkludu lil Carlos Alcaraz, Adrien Rabiot, Mattia Perin u Mattia de Sciglio b’Genoa jkollhom lil Aaron Martin u Alan Matturo filwaqt li Stefano Sabelli hu­wa sospiż.

Ekonomija

Sport