Wednesday, July 24, 2024

FA Cup: L-attenjoni f’Old Trafford bejn Man Utd u Liverpool

Aqra wkoll

Tmiem din il-ġimgħa l-attenzjoni se tkun mixħuta fuq il-kwarti-finali tal-FA Cup bil-logħba l-aktar attraenti tkun dik ta’ għada li se ssir f’Old Trafford bejn Manchester United u Liverpool bit-tlieta l-oħra għandhom l-importanza tagħhom ukoll.

Din li ġejja hija ħarsa fuq l-erba’ logħbiet fis-sekwenza kif se jintlagħbu:

Wolves v Coventry City – Wolves huma bla telfa fl-aħħar ħames logħbiet tagħ­­hom f’darhom kontra Co­­ventry fil-kompetizzjonijiet kollha (R3 D2), b’din hija l-ewwel laqgħa mid-draw 1-1 f’League One f’Ottubru 2013.

Din hija l-ewwel laqgħa fl-FA Cup bejn Wolves u Coventry mit-tielet round tal-1983-84, bli Sky Blues jimxu ‘l quddiem wara rebħa ta’ 3-0 fit-tieni replay.

Wolves għamlu progress minn tnejn mill-aħħar tliet partiti tagħhom tal-kwarti-finali tal-FA Cup, l-aktar riċenti r-rebħa 2-1 fuq Manchester United fl-2018-19.

Coventry għamlu progress minn waħda biss mis- seba’ konfronti preċedenti tagħhom tal-kwarti-finali fl-FA Cup, u għamlu dan fl-1986-87 fit-triq lejn ir-rebħ tat-trofew. Din hija l-ewwel dehra tagħhom f’dan l-istadju minn meta tilfu 2-0 kontra Chelsea fl-2008-09.

Wolves rebħu l-aħħar ħames partiti tal-FA Cup kontra timijiet minn diviżjoni aktar baxxa. Huma ġew eliminati l-aħħar darba minn team non-league fl-2012-13, meta Luton Town F’League One.

Man C. v Newcastle U.  – Din hija l-ewwel laqgħa fl-FA Cup bejn Manchester City u Newcastle mill-kwarti-finali tal-2019-20, bis-City jirbħu 2-0 f’St James’ Park. Newcastle tilfu 15 mill-aħħar 16-il logħba barra minn darhom kontra it-team ta’ Pep Guardiola fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi l-aħħar disgħa konsekuttivi. L-eċċezzjoni kienet rebħa ta’ 2-0 fil-League Cup f’Ottubru 2014.

Is-City avvanzaw mill-aħħar sitt kwarti-finali tagħ­hom tal-FA Cup, minn meta tilfu kontra Wigan fl-2013-14. Huma rebħu f’dan l-istadju f’kull wieħed mill-aħħar ħames staġuni u jistgħu jsiru l-ewwel team fl-istorja tal-FA Cup li wasal sas-semi-finali f’sitt kampanji konsekuttivi.

Newcastle qed ifittxu li jilħqu s-semi-finali għall-ewwel darba mill-2004-05, u joħorġu f’dan l-istadju tal- kompetizzjoni darbtejn minn dak inhar (2005-06 u 2019-20).

Is-Citzens ġew eliminati minn Newcastle mil-League Cup ta’ dan l-istaġun – l-aħħar team li eliminahom miż-żewġ kompetizzjonijiet tat-tazzi domestiċi fl-istess kampanja kienu Tottenham Hotspur fl-1992-93.

Newcastle eliminaw lir- rebbieħa tal-League Cup, Manchester United, minn dik il-kompetizzjoni dan l-istaġun. L-aħħar team li elimina kemm lir-rebbieħa tal-League Cup kif ukoll tal-FA Cup minn dawk il-kompetizzjonijiet rispettivi fl-  istess kampanja kienu Wim­bledon fl-1996-97.

Chelsea v Leicester C.  – Chelsea għamlu progress minn sebgħa mit-tmien laqgħat tagħhom tal-FA Cup kontra Leicester, għalkemm l-eċċezzjoni kienet telfa ta’ 1-0 fl-aktar laqgħa riċenti fil-finali tal-2021.

Leicester rebħu waħda biss mill-aħħar 13-il logħba barra minn darhom kontra Chelsea fil-kompetizzjoni­jiet kollha (D4 T8), u għelbuhom 1-0 fil-Premier League f’Diċembru 2018.

Chelsea rebħu l-aħħar ħa­mes partiti tal-kwarti-finali tal-FA Cup, minn meta tilfu kontra Everton fl-2015-16. Il-Blues waslu sas-semi-finali tal-kompetizzjoni f’ħamsa mill-aħħar seba’ kampanji.

Leicester tilfu ħamsa mill-aħħar sitt logħbiet tagħhom tal-kwarti-finali tal-FA Cup, għalkemm l-eċċezzjoni kie­net l-aktar waħda reċenti tagħhom fl-2020-21 fi triqit­hom biex jerfgħu t-trofew.

Chelsea tilfu waħda biss mill-aħħar 21 logħba tagħ­hom home fl-FA Cup (R18 D2), tilfu 2-0 kontra Manchester United fil-ħames round fl-2018-19.

Leicester rebħu sebgħa mill-aħħar tmien logħbiet barra mill-FA Cup (T1), inklużi l-aħħar erbgħa. L-aħħar li rebħu ħames logħbiet konsekuttivi barra minn darhom fil-kompetizzjoni kien bejn l-1963 u l-1965.

Man United v Liverpool–  Dan se tkun il-15-il staġun differenti li fiha Manchester United u Liverpool iltaqgħu fl-FA Cup, bir-Red Devils jgħaddu 10 darbiet kontra l-erbgħa ta’ Liverpool. Everton u Liverpool (19) biss se jkunu ltaqgħu f’logħbiet aktar differenti fl-istorja tal- kompetizzjoni.

Manchester United rebħu l-aħħar logħba f’darhom kontra Liverpool fil-kompetizzjonijiet kollha, meta għelbuhom 2-1 fil-Premier League fl-istaġun li għadda. L-aħħar darba li rebħu logħbiet wara xulxin kontra r-Reds f’Old Trafford kien f’Settembru 2015.

Liverpool tilfu l-aħħar konfront tagħhom tal-FA Cup mal-United 3-2 f’Jannar 2021. B’mod ġenerali ġew eliminati mir-Red Devils 10 darbiet mill-kompetizzjoni, aktar milli kellhom kontra avversarju ieħor.

Il-United naqsu milli jiskorjaw f’sitta mill-aħħar disa’ laqgħat tagħhom ma’ Liverpool fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi l-aħħar tnejn. Minn Mejju 1977 ilhom tlieta wara xulxin mingħajr goal kontra r-Reds.

Din hija t-48 dehra ta’ Manchester United fil-kwarti-finali tal-FA Cup, aktar minn kull team ieħor fl-istorja tal-kompetizzjoni. Huma alternaw bejn eliminazzjoni (4) u progressjoni (4) fl-aħħar tmien logħbiet bħal dawn u qed ifittxu li jilħqu s-semi-finali f’kampanji konsekuttivi għall-ewwel darba mill-2003-04/2004-05.

Liverpool għamlu progress minn 17 mill-aħħar 18-il partita tagħhom tal-kwarti-finali tal-FA Cup, u f’din is-sensiela fallew biss fit-telfa 2-1 kontra Tottenham fl-1994-95.

Ekonomija

Sport