Wednesday, December 25, 2024

Serie A: Milan jaqbżu lil Juventus fit-tieni post

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Milan qabżu lil Juventus fit-tieni post tal-klassifika meta filwaqt li huma għelbu lil Empoli, f’darhom Juventus kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 2-2 kontra Atalanta li qed jissieltu għar-raba’ post. 

Min-naħa l-oħra, b’dawn iż-żewġ riżultati, issa Inter fetħu vantaġġ ta’ 16-il punt fil-quċċata u meta fadal 10 partita għat-tmiem, issa għandhom bżonn 14-il punt biex jirbħu t-titlu. 

Milan v Empoli– Min­għajr ma kienu wisq konvinċenti, Milan xorta waħda kienu tajbin biżżejjed biex għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 1-0.

Il-goal importanti wasal fl-40 minuta, b’xutt ta’ Christian Pulisic minn tarf il-kaxxa li kien megħjun minn devjazzjoni. 

Lecce v Verona – Verona marru għand Lecce u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni filwaqt li Lecce baqgħu il-periklu tar-relegazzjoni.

L-uniku goal tal-partita wasal minn Michael Folorunsho (17).  

Genoa v Monza – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, barra minn darhom Monza għelbu lil Ge­noa bl-iskor ta’ 3-2 fejn Matteo Pessina (8), Dany Mota (18) u Daniel Maldini (79) sabu x-xibka għal Monza filwaqt li Albert Gudmundsson (52) u Vitinha (68) skorjaw għal Genoa.

Juventus v Atalanta– Juventus komplew jiddiżappuntaw hekk kif ospitaw lil Atalanta u temmew fi draw ta’ 2-2 biex saħansitra tilfu t-tieni post. 

Il-protagonista tal-Bergamaschi kien l-attakkant Olandiż, Teun Koopmeiners (35, 75) li skorja doppjetta filwaqt li l-iskorers tal-Bianconeri kienu Andrea Cambiaso (66) u Arkadiusz Milik (70).

Ekonomija

Sport