Wednesday, July 24, 2024

Premier League: Liverpool u Man City jieħdu punt kull wieħed

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool u Manchester City spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ikkun­tenta l-aktar lil Arsenal li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, b’punti daqs Liverpool iżda b’differenza ta’ goals aħjar. 

Kienet partita li laħqet l-aspetattivi mixtieqa u filwaqt li Manchester City niżlu bl-aqwa elementi, Li­verpool kellhom xejn inqas minn seba’ players regolari nieqsa. 

Kienu s-Citizens li fetħu l-iskor permezz ta’ John Stones (23) minn azzjoni ta’ free-kick. Peró, fil-50 minuta Liverpool kisbu d-draw minn pe­nalty mogħti minn Alexis MacAllister.

Fit-tieni taqsima Liverpool kienu l-aħjar team u fallew bosta ċansijiet ta’ skor iżda erba’ minuti mit-tmiem, Jeremy Doku, laqat il-lasta għas-City. 

Iżda fl-aħħar minuta, Li­verpool appellaw għal penalty meta Doku kkommetta foul ikrah fuq MacAllister meta laqatlu sidru bil-qiegħ taż-żarbun fil-kaxxa … iżda b’mod sorpriż kien kollox normali għat-terna arbitrali u għall-VAR! 

Aston Villa v Tottenham – Tottenham Hotspur għamlu pass kbir biex itemmu fir-raba’ post meta għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 4-0. 

Il-goals ta’ Spurs waslu minn  James Maddison (50), Brennan Johnson (53), Son Heung-Min (91) u Timo Werner (94). Fil-65 minuta, il-Villans kellhom lil John McGinn imkeċċi. 

Brighton v Nottm F. – Brigh­ton ospitaw lil Nottingham Forest u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn auto-goal ta’ Andrew Omo­ba­midele (29). 

West Ham v Burnley – West Ham irkupraw żewġ goals biex f’darhom temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Burnley. 

David Datro Fofana (11) u auto-goal ta’ Konstantinos Mavropanos (45) dehru li se jagħu rebħa lil Burnley iżda Lucas Paqueta (46) u Danny Ings (91) salvaw ir-riżultat għall-Hammers. 

Ekonomija

Sport