Wednesday, July 24, 2024

Riżultat li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Valletta ………….1

Gzira United ….1

Valletta u Gzira United temmew fi draw ġust ta’ 1-1 liema riżultat żgur li ma kkuntenta lill-ebda team minħabba li qed jissieltu għas-salvazzjoni.

Kienu Valletta li fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta minn ġmiel ta’ free-kick, BRANDON PAIBER għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Darijan Zarkov. 

Għaxar minuti wara l-istess Paiber għadda tajjeb lejn Jake Azzopardi li xeħet cross lejn Federico Falcone, iżda din id-darba Zarkov salva bla ebda problema.

Fid-29 minuta, il-Maroons kisbu d-draw meta Brooklyn Borg għadda lejn Thaylor Aldama li xeħet cross mil-lemin li sab lil KYLE SPENCE li mill-viċin ma falliex.

Fis-67 minuta, Federico Falcone, kellu tentattiv salvat minn Zarkov, bid-difiża tal-Maroons tikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

Fil-71 minuta kienu Gzira li ħolqu l-periklu meta minn azzjoni ta’ corner, id-daqqa ta’ ras ta’  Conceicao ħabtet mal-lasta  bil-ballun jispiċċa f’idejn il-goalkeeper, Alessandro Guarnone.

Mill-azzjoni li segwiet, kontrattakk veloċi Belti  ntemm b’xutt ta’ Fedrrico Falcone li Zarkov lsalva b’diffikultá.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz, 10-Shaun Dimech (88-David Emmanuel Garba 66), 11-Goncalo Braganca De Oliveira Vieira (23-Milan Jezdimovic 46), 13-Jake Azzopardi (15-Keyon Ewurum 86), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luiz Prestes Filho (77-Jhonnattann Benites Da Conceicao 86), 66-Neil Anthony Micallef, 80-Alfred Silas Hamanjoda Coach: Juan Cruz Gill

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 19-Kyle Cameron Walter Spence, 20-Farid Romero Zuniga, 23-Ewertton Jose Costa Silva (4-Andrew Borg 76), 47-Brooklyn Borg (74-Dacosta Boadu 84), 93-Thiago Espindola Coach: Andrew Cohen

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti: Luke Portelli, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

Skorers: B. Paiber 17 (V), K. C. W. Spence 29 (G)

Ammoniti: G. B. De Oliveira Vieira (V), T. Aldama (G)

Player tal-Logħba: Brandon Paiber (V)

Ekonomija

Sport