Saturday, May 18, 2024

Serie A: Milan jikkonsolidaw it-tieni post

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Milan saħħew it-tieni post meta laqgħu lil Lecce u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0.

Roma v Lazio – Roma reb­ħu d-derby tal-belt kaptiali Taljan meta għelbu lil Lazio bl-iskor minimu ta’ 1-0.

B’din ir-rebħa huma komplew jixħtu l-pressjoni fuq Bologna għar-raba’ post hekk kif jinsabu żewġ punt warajhom u lagħbu wkoll partita aktar.

L-uniku goal tal-partita wasal tliet minuti minn  tmiem l-ewwel taqsima minn Gianluca Mancini li kkonkluda bir-ras mill-corner ta’ Paulo Dybala.

Milan v Lecce – Milan laqgħu lil Lecce u kisbu reb­ħa tajba ta’ 3-0, b’dawn tal-aħħar ikollhom lil Nikola Krstovic (45) imkeċċi.

L-iskorers tar-Rossoneri kienu Christian Pulisic (6), Olivier Giroud (20) u Rafael Leao (57).  

Salernitana v Sassuolo – Fil-partita li ntlagħbet tard il-Ġimgħa filgħaxija, Sa­lernitana u Sassuolo, spiċ­ċaw fi draw ta’ 2-2 li ma kkuntenta lil ħadd. Kienu Sassuolo li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Armand Lauriente (37) u Nedim Bajrami (44) iżda Antonio Candreva (52 pen) u Giu­lio Maggiore (92) kisbu d-draw għat-team ospitu.

Sport