Milan għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tal-Kampjonat Taljan meta laqgħu lil Atalanta u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.
Issa huma jonqoshom rebħa meta fl-aħħar ġurnata jmorru jilagħbu għand Sassuolo. Dan minħabbar li Inter jinsabu żewġ punti warajhom wara li rreġistraw rebħa ta’ 3-1 għand Cagliari.
Wara taqsima mingħajr goals, wara l-mistrieħ ir- Rossoneri ddominaw u skorjaw darbtejn minn Rafael Leao (56) u Theo Hernandez (75).
Min-naħa ta’ Inter, il-goals tagħhom waslu minn Matteo Darmian (25) u doppjetta ta’ Lautaro Martinez (51, 84) filwaqt li Babis Lykogiannis (54) wieġeb għal Cagliari li jinsabu fil-periklu tar-relegazzjoni.