Saturday, October 26, 2024

Serie A: Milan u Inter fid-Derby Della Madonnina

Aqra wkoll

Meta tintlagħab il-ħames ġurnata tal- Kam­pjonat Taljan, l-attenzjoni ddur fuq id-Derby Della Madonnina hekk kif Milan “jospitaw” lir-rivali eterni Inter.

Milan v Inter – Dan il-konfront huwa tant mistenni li jlaqqa’ liċ-champions Milan u t-team li temm fit-tieni post fl-istaġun li għadda.

Peró din id-darba Inter jinsabu punt fuq Milan hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 3-1 fuq Cremonese filwaqt li r-Rossoneri kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ mingħajr goals kontra Sassuolo.

Mistenni wkoll id-dwell bejn iż-żewġ skorers proli­fiki, Brahim Diaz għal Milan u Lautaro Martinez ta’ Inter.

Milan mistennija jagħtu d-debutt lid-difensur Amerikan, Sergino Dest, li nhar il-Ħamis akkwistawh mingħand Barcelona.

Peró se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin Ante Rebic, Divock Origi u Rade Krunic.

Min-naħa l-oħra, Romelu Lukaku se jkun nieqes għal Inter minħabba injury fil-hamstring.

Fiorentina v Juventus – Din hija partita bejn żewġ rivali antiki iżda fl-istess waqt f’bosta drabi Fiorentina servew ta’ “nursery” għal Juventus li għamlu isem bil-flokk tal-Bianconeri.

Juventus qed jiddiżappuntaw fil-logħob tagħhom hekk kif fallew erba’ punti fl-aħħar żewġ ħarġiet bi draws kontra Sampdoria   (0-0) u Roma (1-1).

Min-naħa l-oħra, Fiorentina jinsabu f’nofs il-klassifika u għaldaqstant jimmiraw għal rebħa li tkun tfisser li jilħqu lill-istess Juventus bi tmien punti.

Barra minn hekk din se tkun l-ewwel darba għall-attakkant, Dusan Vlahovic, li jir­ritorna fi Stadio Artemio Franchi wara li ngħaqad ma’ Juventus u għalaqstant wieħed jista’ jantiċipa l-mer­ħba li se jingħata mill-partitarji tal-Viola. Iżda min-naħa tiegħu, huwa jimmira li jkompli jkabbar ir-rekord meta huwa l-aqwa skorer Serb fis-Serie A.

Massimiliano Allegri ta’ Juventus għandu bosta players imweġġgħin – Leo­nardo Bonucci, Felix Correa, Paul Pogba, Kaio Jorge u Federico Chiesa.

Fiorentina għandhom lil Nicolas Gonzalez, Alfred Duncan u Gaetano Castrovilli barra minħabba injury.

Udinese v Roma – Roma, li qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Atalanta, għandhom partita delikata meta jmorru Bergamo biex jiffaċċjaw lil-leaders.

It-team immexxi mill-coach,  José Mourinho, kellu bidu mill-aqwa … meta għandu 10 punti minn erba’ logħbiet bl-uniku “skoss” ikun id-draw ta’ 1-1 għand Juventus.

Peró t-team tiegħu huwa qawwi biżżejjed biex jgħaddi minn dan it-test diffiċli.

Roma ma jistgħux jinkludu Nicolo Zaniolo, Eb­rima Darboe u Georginio Wijnaldum minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Għal Udinese se jirritorna Nehuen Perez wara sospen­sjoni filwaqt li huma  għandhom lil Leonardo Buta imweġġa’.

Sport