Saturday, May 18, 2024

US Open: Serena Williams eliminata … u tirtira mill-karriera

Aqra wkoll

Serena Williams sellmet lill-karriera tagħha għall-aħħar darba meta sfat eliminata mill-Awstraljana Ajla Tomljanovic fit-tielet round tal-US Open 7-5 6-7 (4-7) 6-1.

Williams, li għandha 41 sena, kienet ħabbret li dan it-tournament kien se jkun l-aħħar wieħed tagħha qabel ma tirtira għal kollox.

F’karriera ta’ 27 sena hija meqjusa bħala waħda mill-irġejjen tat-tennis femminili meta rebħet xejn inqas minn 23 Grand Slams u għaldaqstant illum għandha status ta’ leġġendarja.

L-eks numru wieħed tad-dinja għal żmien twil salvat ħames match points qabel ċediet għal kollox biex tat l-addio lit-tennis internazzjonali.

Hija ngħata ovazzjoni tremenda qabel ħalliet il-court tal-Arthur Ashe Stadium – ironikament l-ewwel trijonf tagħha fl-1999 li segwa ħames rebħiet oħra f’dan l-istess court.

Hekk kif sellmet lil dawk kollha preżenti, id-diska ta’ Tina Turner, “Simply The Best” bdiet tidwi mal-istadium kollu.

Sport