Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Napoli jirbħu fil-ħin miżjud kontra Salernitana

Aqra wkoll

Fis-Serie A Taljana, Napoli kellhom jitħabtu biex għelbu lit-team tal-qiegħ il- klassifika, Salernitana, bl-iskor ta’ 2-1.

Napoli v Salernitana – Goal fis-96 minuta skorjat minn Amir Rrahmani ta r-rebħa liċ- champions Napoli fuq Salernitana bl-iskor ta’ 2-1 b’dawn tal-aħħar jistgħu jħossuhom ferm sfortunati li ħarġu mill-ground b’idejhom vojta.

Kien Antonio Candreva (29) li ta l-vantaġġ lil Salernitana b’xutt qawwi minn 20 metru bogħod.

Iżda l-Partenopei kisbu d- draw minn penalty mogħti minn Matteo Politano (45).

U meta l-partita dehret li kienet se tintemm fi draw, Rahmani kiseb it-tliet punti għat-team immexxi mill-coach Walter Mazzarri.  

Genoa v Torino – Il-konfront bejn Genoa u Torino spiċċa fi draw ta’ mingħajr goals il kkuntenta liż-żewġ timijiet minħabba li jinsabu f’żona komda ‘l bogħod mill- periklu tar-relegazzjoni.

Verona v Empoli – Verona għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 2-1 biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni.

Il-goals ta’ Verona, li kel­lhom lil Ondrej Duda (87) imkeċċi, waslu minn Milan Djuric (3) u Cyril Ngonge (56) filwaqt li Szymon Zurkowski (64) wieġeb għal Empoli.

Ekonomija

Sport