Massimiliano Allegri beda l-avventura tiegħu bħala coach ta’ Napoli b’rebħa ta’ 2-0 kontra Genoa fl-ewwel logħba tal-istaġun tas-Serie A. Genoa kellhom l-aħjar opportunitajiet fl-ewwel taqsima, iżda ma rnexxilhomx jiskorjaw.
Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet komplew jitħabtu biex jikkontrollaw il-logħba. Kevin De Bruyne daħal bħala sostitut u biddel kompletament l-andament tal-partita. Fit-82 minuta, il-Belġjan skorja wara li ħarab il-kustodja ta’ Johan Vasquez u għeleb lill-goalkeeper Justin Bijlow.
Ftit minuti wara, De Bruyne pproduċa assist lil Antonio Vergara, li ssiġilla r-rebħa għal Napoli.
Minkejja r-rebħa, in-Naplitani ma tantx impressjonaw iżda De Bruyne kien l-aktar plejer importanti, u Allegri se jkun qed jistenna aktar kreattività mit-team.
Madankollu, ir-rebħa tagħti lil Napoli bidu pożittiv għall-istaġun.




