Sunday, December 22, 2024

Serie A: Partiti diffiċli għal Inter u Juventus

Aqra wkoll

Fil-kampjonat Taljan għada tintlagħab il-21 ġurnata fejn l-attenzjoni prinċipali tkun mixħuta fuq żewġ logħbiet partikolari … Inter v Lazio u Roma v Juventus hekk kif huma meqjusa diffiċli għal Inter u Juventus hekk kif qed ifittxu l-punti għal raġunijiet differenti – Inter biex isaħħu l-ewwel post filwaqt li Juventus biex jispiċċaw mal-ewwel erbgħa.

Inter v Lazio – Inter ikunu friski jilqgħu lil Lazio minħabba li l-partita tagħ­hom kontra Bologna ta’ nhar il-Ħamis li għadda ġiet posposta minħabba każijiet tal-Covid-19 fil-kamp ta’ Bologna u għaldaqstant kel­lhom tliet ġimgħat ta’ mistrieħ. 

Iżda dan il-konfront xorta waħda huma wieħed diffiċli minkejja li Lazio ġew miżmuma f’darhom minn Empoli bl-iskor ta’ 3-3. 

L-uniku player nieqes għal Inter huwa s-sospiż Hakan Calhanoglu filwaqt li Edin Dzeko huwa dubjuż.

Min-naħa tagħhom, La­zio għandhom tliet players neqsin – l-imweġġgħin Luiz Felipe u Francesco Acerbi filwaqt li Jean-Daniel Akpa Akpro jinsab ma’ pajjiżu, l-Ivory Coast, fit-Tazza tan- Nazzjonijiet Afrikani.  

Roma v Juventus – Juventus imorru għand Roma fejn quddiemhom se jsibu team determinat hekk kif ġej minn telfa ta’ 3-1 kontra Milan. 

Iżda anke Juventus fal­lew żewġ punti fil-partita li ntlagħbet tard il-Ħamis fil­għaxija meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Napoli.

Għall-kronaka, kienu l- Partenopei li fetħu l-iskor minn Dries Mertens (23) iżda Federico Chiesa (54) salva l-ġurnata għall-Bianconeri. Iżda, bla dubju, dan ir-riżultat ma kkuntenta lill-ebda team.  

Roma se jkunu mingħajr is-servizzi Ama­dou Dia­wa­ra (Guinea) u Ebrima Darboe (Gambja) li jinsabu jilagħbu fit-tournament fl- Afrika filwaqt li Leonardo Spinazzola qed jirkupra minn injury. 

Juventus se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Danilo u Leonardo Bonucci filwaqt li Arthur u Giorgio Chiellini huma dubjużi.   

Venezia v Milan – Milan imorru għand Venezia fejn jimmiraw li jkomplu jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva fit-tentattiv li jisfidaw għar- rebħ tat-titlu. 

Huma jittamaw minn żelqa ta’ Inter hekk kif jinsabu punt taħthom iżda lagħbu partita aktar min- Nerazzurri. 

Ir-Rossoneri se jkunu mingħajr bosta players – Ismael Bennacer (Alġerija), Fode Ballo-Toure (Senegal) u Franck Kessie (Ivory Coast) li jinsabu fl-Afrika waqt li Simon Kjaer u Pietro Pellegri huma indisposti. 

Napoli v Sampdoria – Napoli jibdew favoriti kontra Sampdoria li ġejjin minn telfa ta’ 2-1 f’darhom kontra Cagliari. 

Iżda huma se jkunu mingħajr il-players Afrikani Adam Ounas (Alġerija), Andre-Frank Angiussa (Kamerun) u Kalidou Koulibay (Senegal), is-sospiż Mario Rui u l-imweġġa’ Kevin Mal­ciut. 

Ekonomija

Sport