Sunday, November 24, 2024

Serie A: Passiġġata Naplitana fuq Juventus

Aqra wkoll

Napoli għamlu pass kbir lejn ir-rebħ tal-kampjonat Taljan meta għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 5-1 li kienu ġejjin minn tmien rebħiet konsekuttivi sa din l-umiljazzjoni. 

Il-Partenopei kienu diġà champions tax-xitwa meta kien fadal jintlagħbu żewġ programmi. 

Napoli kienu fi klassi għalihom u f’burdata ta’ champions ġabu fix-xejn lill-avversarji tagħhom. 

Il-goals waslu minn Victor Osimhen (14, 65), Khvicha Kvaratskhelia (39), Amir Rrahmani (55) u Eljif Elmas (72) filwaqt li Angel Di Maria (42) wieġeb għall-Bianconeri.

Sport