Friday, November 15, 2024

Serie A: Rebħa għal Inter … telfa għal Juventus

Aqra wkoll

Fil-kampjonat Taljan, Inter telgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta ospitaw lil Empoli u għamlu rimonta biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2 wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals.  Min-naħa l-oħra Juventus sfaw megħluba minn Genoa bl-iskor ta’ 2-1 wara li kienu huma li fetħu l-iskor.

Inter v Empoli – Inter kel­lhom jitħabtu biex f’darhom għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 4-2 biex qabżu fil-quċċata tal-klassifika, b’punt aktar mir-rivali eterni Milan iżda dawn tal-aħħar iridu jirkupra partita, dik ta’ għada kontra Verona.

In-Nerazzurri ħadu ħasda kbira meta sabu ruħhom b’żewġ goals minn taħt minn Andrea Pinamonti (5) u Kristjan Asllani (28).

Iżda huma għamlu rimonta fejn skorjaw erba’ goals mingħajr risposta minn auto-goal ta’ Simone Romagnoli (40), doppjetta ta’ Lautaro Martinez (45, 64) u Alexis Sanchez (92) … fejn jibqgħu jittamaw li Milan ifallu.

Genoa v Juventus – Juventus marru għand Genoa u ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-1 biex ħadu daqqa ta’ ħarta fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għat-tielet post. Kien Paul Dybala (48) li fetaħ l-iskor għall-Bianconeri iżda żewġ goals minn Albert Gudmundsson (87) u Domenico Criscito (92 pen) taw it-tliet punti lit-team ospitu li b’din ir-rebħa issa Genoa baqgħu jittamaw għas-salvazzjoni.

Salernitana v Venezia – Salernitana għamlu pass importanti lejn is-salvazzjoni meta għelbu lil Venezia bl-iskor ta’ 2-1.

Iż-żewġ goals waslu minn Federico Bonazzoli (7 pen) u Simone Verdi (67) filwaqt li Thomas Henry (58) kiseb id-draw momentarju għal Venezia li kellhom lil Ethan Ampadu (89) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Milan b’impenn delikat?

Milan imorru jilagħbu għand Verona f’partita meqjusa bħala waħda delikata.

L-għan tar-Rossoneri huwa li jżommu l-quċċata tal- klassifika minħabba li xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom meta fadal tliet partiti għal  tmiem il-kampjonat u bl- ebda mod ma jistgħu jagħ­mlu pass falz.

Verona jinsabu xxamplati fin-nofs tal-klassifika u għandhom ukoll ċans żgħir li jistgħu jgħaddu għall- UEFA Conference Lea­gue.

Verona ilhom ma jegħlbu lil Milan f’darhom għal dawn l-aħħar ħames snin meta għamlu dan fis-17 ta’ Diċembru, 2017, bl-iskor ta’ 3-0.

Bi Zlatan Ibrahimovic jerġa’ jinsab fl-iskwadra u f’siktu għal kollox, il-coach Stefano Pioli ma jistax jinkludi lil Ales­sandro Florenzi u Simon Kjaer għax jinsabu mweġġgħin.

Min-naħa tagħhom, Verona għandhom barra lil Die­go Coppola u Ivor Pandur.

Torino v Napoli – Napoli jmorru għand Torino bl-isfida ewlenija tagħhom hija t-tielet post.

Wara li matul ix-xahar li għadda huma kienu qed jisfidaw għar-rebħ tat-titlu, fallew bosta punti biex issa jinsabu f’taqtiegħa ma’ Juventus għat-tielet post meta bħalissa jinsabu punt wieħed fuq Juventus.

Min-naħa tagħhom, Torino jinsabu xxamplati f’nofs il-klassifika u għaldaqstant ma għandhom l-ebda objettiv u pressjoni partikolari għal din il-partita.

Madankollu huma għan­dhom bosta players neqsin – is-sospiż Sasa Lukic filwaqt li Antonio Sanabria, Magnus Warming, Simone Zaza u Mohamed Fares jin­sabu mweġġgħin.

Min-naħa tagħhom, Napoli għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni.

Ekonomija

Sport