Saturday, October 26, 2024

Serie A: Rebħiet għaż-żewġ timijiet ta’ Milan

Aqra wkoll

Iż-żewġ timjiet ta’ Milan, AC Milan u Inter, irreġistraw rebħa kull wieħed.

Filwaqt li Milan għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 4-1, barra minn darhom Inter rebħu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 4-1. 

Kien jindika r-riżultat, ir-rebħa tar-Rossoneri kienet waħda komda bi-goals jaslu minn doppjetta ta’ Brahim Diaz (16, 41), Divock Origi (65) li skorja l-ewwel goal tiegħu  u Rafael Leao (84), fiwaqt li  Filippo Ranocchia (70) wieġeb għal Monza. 

Inter kienu nvoluti f’partita drammatika meta kien Henrikh Mkhitaryan li skorja l-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud, jew aħjar fil-95 minuta. 

It-tliet goals minn kull naħa kienu skorjati minn Nicolo Barella (2) u Lautaro Martinez (15, 73 pen) għal Inter filwaqt li Arthur Cabral (33 pen), Jonathan Ikone (60) u Luka Jovic (90) wieġbu għal Fiorentina. 

Sport