Friday, November 15, 2024

Serie A: Tal-ewwel jilagħbu kontra tal-aħħar

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, il- leaders Napoli jistgħu jkomplu jżidu l-vantaġġ f’ras il-klassifika hekk kif jilagħbu kontra Cremonese li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika.  

Inter, li jinsabu fit-tieni pożizzjoni, għandhom partita delikata meta jmorru għand Sampdoria. 

Napoli v Cremonese – Il-leaders Napoli jilqgħu lil Cremonese li jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika. 

Jidher li Napoli resqin lejn l-ewwel rebħ tat-tit­lu wara nuqqas ta’ 30 sena li jmur lura fi żmien il-leġġendarju Diego Armando Maradona meta kie­nu ddominaw ix-xena Taljana. 

Illum qed jiddominaw mod ieħor hekk kif qed      igawdu vantaġġ ta’ 13-il punt fuq l-eqreb rivali, Inter, u għaldaqstant għada jistgħu jagħmlu pass ieħor.

Peró, huma jridu juru rispett massimu lejn l-avversarji tagħhom li jinsabu  fis-semi-finali tal-Coppa Italia wara li eliminaw lill-istess Napoli u lil Roma.

Bħalissa, żewġ players li qed ikunu strumentali għat-team immexxi mill-coach, Luciano Spalletti, huma Kvi­cha Kvarashtkelia u Victor Osimhen, b’dan tal-aħħar huwa l-aqwa skorer tas-Serie A b’16-il goal minn 17-il partita.

Sampdoria v Inter– Inter jippruvaw isaħħu t-tieni post tal-klassifika meta jmorru fil-belt ta’ Genova sabiex jilagħbu kontra Sampdoria li jinsabu fit-tieni post mill-aħħar. 

Għaldaqstant din hija partita delikata għan-Nerazzurri minħabba li Sampdoria jinsabu ddisprati fil-bżonn tal-punti. 

Iżda l-Interisti jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 kontra r-rivali eterni, Milan. 

Filwaqt li Sampdoria għandhom neqsin lis-sospiż Mehdi Leris u lill-imweġġgħin Abdelhamid Sa­biri u Ignacio Pussetto, Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġa’  Joacquin Correa.

Juventus v Fiorentina – Din hija logħba bejn żewġ rivali antiki … peró fl-istess waqt mal-medda tas-snin, Fiorentina dejjem ipprovdew players straordinarji lil Juventus. 

Peró, dawn tal-aħħar jinsabu fl-10 pożizzjoni wa­ra li tnaqqsulhom 15-il punti minħabba li nstabu ħatja ta’ irregolaritajiet fis-suq tat-trasferimenti u fil-kotba finanzjarji tagħhom. 

Huma ġejjin minn rebħa tajba ta’ 3-0 għand Salernitana biex inqatgħu għal kollox mill-periklu tar-relegazzjoni u issa jinsabu f’żona komda. 

Huma għandhom lista ta’ players imweġġgħin li tinkludi lil Paul Pogba, Ar­kadiusz Milik, Kaio Jorge, Leonardo Bonucci u Leandro Paredes.

Lazio v Atalanta – Dan huwa kkunsidrat bħala dwell interessanti fit-taq­tiegħa għal post mal-ew­wel erbgħa li jfisser il-biljett għall-aqwa kompetizzjoni Ewropea. 

Lazio għandhom lil Stefan Radu mweġġa’ filwaqt li Fiorentina għandhom lil Davide Zappacosta u Luis Muriel neqsin għall-istess raġuni.  

Ekonomija

Sport