Monday, May 13, 2024

Seriea A: Riżultat tennistiku minn Napoli

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Napoli rritornaw għar-rebħ meta marru għand Sassuolo u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-0 biex telgħu fit-tmien post tal-klassifika … tmien punti inqas minn Bologna li jinsabu fir-raba’ pożizzjoni. 

Sassuolo, li jinsabu t-tielet mill-aħħar u fil-periklu tar-re­­legazzjoni, kienu mmexxija mill-coach temporanju, Emiliano Bigica, wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda keċċew lil Alessio Dionisi hekk kif rebaħ partita waħda biss minn tlettax. 

Il-protagonisti ta’ din ir-rebħa kienu Victor Osimhen u Khvicha Kvaratskhelia. Filwaqt li l-attakkant Niġerjan skorja hat-trick, fil-31, fil-41 u fis-47 minuta, il-winger ta’ Georgia rreġistra doppjetta, fil-51 u fil-75 minuta, bil-goal l-ieħor jasal minn Amir Rrahmani (29). 

Dawn il-goals kollha ġew skorjati wara li Uros Racic (17) fetaħ l-iskor għat-team ospitu. 

Sport