Sunday, February 23, 2025

Serqa ta’ 200kg reżina tal-kannabis minn proprjetà tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Safi

Aqra wkoll

Wara li l-Ministru tal-Intern ħabbar li kien offra r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru, il-pulizija fi stqarrija qalu li qegħdin jinvestigaw serqa ta’ 200kg reżina tal-kannabis.

Qalu li għall-ħabta tat-3.00am il-Pulizija ġew informati li kien ġie sgassat kontejner li kien jinsab f’proprjetà tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Safi.

Il-Pulizija rrikorriet fuq il-post, fejn irriżulta li kontejner bi droga li huwa proprjetà tal-Qorti bħala parti minn inkjesta li tinsab għaddejja u li kien qed jiġi miżmum mill-Forzi Armati ta’

Malta kellu s-siġġilli maqtugħin u kien ukoll jidher sgassat.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li madwar 200kg reżina tal-kannabis kienet nieqsa mill-istess kontejner.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat inkwirenti Dr Antoine Agius Bonnici, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ara wkoll Byron Camilleri, il-Ministru tal-Intern joffri r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport