Dalgħodu mijiet ta’ persuni marru l-Ħamrun biex mal-ewwel opportunita bdew jiċċelebbraw il-Karnival ta’ Malta.

Għalhekk il-karnival propja hu tmiem il-ġimgħa li ġej, diversi rħulha qegħdin jorganizzaw il-karinval tagħhom mil-lum sa nhar il-Ġimgħa, biex b’hekk imbgħad kulħadd ikun jista’ jgawdi l-karnival fil-Belt Valletta.

Kuluri, kostumi, tfal ferħanin u anke xi maskarati mlew it-triq ewlenija tal-Ħamrun.

Il-fotografu tagħna Roger Azzopardi mar fil-lokalita fejn offrilna ritratti mill-isbaħ.