Thursday, December 26, 2024

“Servizz li qiegħed jattira ħafna barranin residenti pajjiżna” – Voluntier f’San Ġiljan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-servizz ta’ tilqim mingħajr appuntament kompla minn San Ġiljan fejn sa minn kmieni filgħodu kien hemm kjuwijiet kbar li sarrfu f’konkorrenza mistennija fil-lokalità.

Tkellimna ma’ Luca Farrugia, student tad-dentistrija u wieħed mill-voluntiera li kienu qegħdin ilaqqmu lil dawk preżenti. 

F’kumment qasir huwa qalilna li din il-konkorrenza kienet mistennija f’San Ġiljan anke minħabba n-numru ta’ studenti barranin li jirrisjedu f’pajjiżna. Żied jgħid li dan is-servizz ta’ tilqim huwa importanti ħafna fil-programm ta’ tilqim u dan hekk kif qed jattira ħafna barranin li jirrisjedu f’Malta iżda li għal xi raġuni wara xhur li beda l-programm għadhom ma tlaqqmux. Farrugia qal li dan is-servizz qiegħed jgħin biex dawn il-barranin ikunu reġistrati fid-dokumentazzjoni tagħna.

F’appell aħħari huwa sostna li importanti ħafna li dawk li għadhom inċerti mit-tilqima jagħmlu dan il-pass għax jekk mhux se jkollna l-aktar nies possibbli mlaqqmin se nibqgħu naraw żieda fil-każi u se nibqgħu nbatu l-konsegwenzi bħala komunità sħiħa.

Ekonomija

Sport