Saturday, December 21, 2024

Servizzi ġodda bl-aktar teknoloġija moderna għal dawk bi problemi ta’ infertilità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fost proposti mħabbra waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema tal-Familja, il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li gvern Laburista se jkun qiegħed ikompli jgħin lill-koppji biex isiru ġenituri f’Malta.

Abela ħabbar emendi fil-liġi tal-IVF b’introduzzjoni ta’ servizzi ġodda bl-aktar teknoloġija moderna biex aktar koppji jkunu jistgħu jsiru ġenituri f’pajjiżna stess.

Il-Prim Ministru qal li permezz ta’ dan l-investiment se jkun qiegħed jgħin koppji li għandhom problemi ta’ infertilità bi proċeduri li jgħinu koppji li jofrew korrimenti, temmew ċikli tal-IVF li ma rnexxewx, jew li għandhom storja ta’ kumplikazzjonijiet jew kundizzjonijiet mediċi.

Barra minn hekk se jkun qiegħed jiġi estiż is-servizz tal-IVF għal dawk li jixtiequ aktar minn wild wieħed.

Huwa qal li dan se jkun qiegħed isir għax il-gvern qiegħed jisma’ l-weġgħa ta’ koppji li qegħdin ikollhom jirrikorru għal trattamenti barra minn xtutna biex isiru ġenituri.

Ekonomija

Sport