Thursday, December 26, 2024

Servizzi tal-emerġenza f’Papua New Guinea bi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw r-raħħala maqbudin

Aqra wkoll

Is-servizzi ta’ emerġenza bħalissa qegħdin f’ġirja mal-ħin sabiex jaslu għall-irħula milquta minn valanga enormi fil-provinċja iżolata ta’ Enga fil-Papua New Guinea, fejn huwa maħsub li mietu mijiet ta’ nies.

L-aġenzija unamitarja fl-Awstralja qalet li tim ta’ rispons rapidu magħmul minn mediċi u armata militari rnexxielu jilħaq is-sit iżolat tal-valanga. Ingħad li l-art diffiċli u l-ħsarat fit-toroq prinċipali qed jagħmlu l-isforzi ta’ salvataġġ aktar diffiċli.

Sa ssa għadu mhux ċar kemm hemm nies maqbuda taħt it-terrapien. Amos Akem, id-deputat tal-provinċja ta’ Enga, qal li abbażi ta’ rapporti mill-art, jidher li l-valanga qatlet iktar minn minn 300 ruħ u li mnħabba fiha ken hemm madwar 1,182 dar li ġew affetwati.

Ekonomija

Sport