Friday, July 26, 2024

Moody’s tikkonferma r-rating ta’ Malta bħala A2 bi prospetti stabbli … pajjiżna b’ekonomija b’saħħitha

Aqra wkoll

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s ikkonfermat ir-rating ta’ Malta bħala A2 bi prospetti stabbli.

Fl-ewwel kummenti tiegħu fuq il-pjattaforma X, li kienet magħrufa bħala Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif l-esperti ta’ Moody’s, fl-analiżi tagħhom ikkonfermaw li d-dejn f’pajjżna huwa moderat u l-ġudizzju tajjeb dwar ir-riformi istituzzjonali.

L-esperti qalu li l-profil ta’ kreditu ta’ Malta jirrifletti ekonomija li hija waħda dinamika u diversifikata għad-daqs żgħir tagħha. Huma nnutaw ukoll ir-rispons komprensiv tal-politika ta’ pajjiżna f’dan il-qasam u ħarsu wkoll lejn id-dejn nazzjonali fejn qalu li se jibqa’ taħt iċ-ċifra tal-2011. 

L-esperti internazzjonali qegħdin ibassru li d-defiċit fil-ġid mistenni jonqos matul dn is-sena u matul is-sena d-dieħla. Moody qalu wkoll li l-piż tad-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross se jibqa’ stabbli, fejn inqas mis-60% tal-kriterji tal-Unjoni Ewropea.

Dan iċ-ċertifikat pożittiv għal pajjiżna minn Moody’s isegwi t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea, fl-aħħar jiem. B’dan ir-rapport tal-aħħar ibassar li l-ekonomija Maltija se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku, din is-sena u s-sena d-dieħla.

Ekonomija

Sport