Wednesday, July 24, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10:30 p.m, kien involut f’inċident fi Triq Ħal Luqa, Ħal Qormii.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma intlaqat minn karozza Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena resdent Bormla.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport