Monday, September 23, 2024

Sess fuq ix-xogħol fir-Russja biex tiżdied ir-rata tat-twelid 

Aqra wkoll

Ir-rata tat-twelid fir-Russja hija baxxa ħafna u biex ipatti għaliha, il-president Russu Vladimir Putin għadu kif ħareġ ordni ġdida lir-Russi biex ikollhom x’jaqsmu sesswalment fuq il-post tax-xogħol waqt l-ikel u l-pawżi għall-kafè.

L-iskema tas-sess fuq ix-xogħol ġiet ordnata minħabba li r-rata ta’ fertilità attwali fir-Russja hija ta’ madwar 1.5 tfal għal kull mara, meta r-rata ta’ 2.1 hija meħtieġa biex tinżamm popolazzjoni stabbli.

Aktar minn miljun Russu prinċipalment żgħażagħ emigraw ‘l bogħod mill-pajjiż minħabba l-gwerra kontinwa ta’ Putin kontra l-Ukrajna.

Putin poġġa l-preservazzjoni tal-poplu Russu fost l-ogħla prijorità nazzjonali tar-Russja għax skontu d-destin tar-Russja jiddependi fuq kemm se tkun il-popolazzjoi u għalhekk hija kwistjoni ta’ importanza nazzjonali.

Fil-kuntest tal-ordni ta’ Putin, il-Ministru tas-Saħħa Yevgeny Shestopalov qal li mhix raġuni valida, iżda skuża zoppa għal min jgħid li jkun okkupat ħafna fuq ix-xogħol.

Din hija biss waħda mill-ħafna talbiet li għamel il-Kremlin biex iħeġġeġ lin-nies ikollhom aktar trabi. Nisa ta’ bejn it-18 u l-40 sena f’Moska qed jiġu mħeġġa biex jattendu kliniċi tal-kontrolli tal-fertilità b’xejn biex jivvalutaw il-potenzjal riproduttiv’ tagħhom.

Il-pjan għal min iħaddem biex iġġiegħel lin-nisa jkollhom aktar trabi tfassal mill-Membru Parlamentari Tatyana Butskaya li qalet li kull min iħaddem għandu jevalwa il-post tax-xogħol tiegħu sabiex jara x’inhi r-rata tat-twelid fost il-ħaddiema tiegħu. 

F’Chelyabinsk, reġjun ieħor fir-Russja, studenti li huma nisa taħt l-24 sena saħansitra qed iħallas £8,500 għat-twelid tal-ewwel tarbija tagħhom.

L-aċċess għall-abort madwar il-pajjiż qed jiġi mblukkat ukoll hekk kif persuni pubbliċi u rġiel tal-knisja jsostnu li d-dmir tan-nisa huwa li jwelldu u jrabbu t-tfal. Il-miżati u l-ispejjeż l-oħra għad-divorzju żdiedu wkoll.

Il-politikanta Anna Kuznetsova talbet ukoll li n-nisa jibdew iwelldu minn età ta’ 19 jew 20 sena biex familja Russa jkun jista jkollha erbat itfal jew aktar.

Huwa maħsub li Putin irid li r-Russi jimxu fuq l-eżempju tiegħu li għandu ħafna tfal minkejja li qatt ma qal lill-poplu Russu kemm fil-fatt  huwa għandu tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport