Sunday, May 5, 2024

Sewwieq iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yadea, misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Furjana, u vettura Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport