Saturday, May 4, 2024

Sewwieq iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fl-Imqabba

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti Birkirkara tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Honda, u waqa’, iżda l-istess mutur baqa’ jitkaxkar u kellu impatt ma’ vettura Ford Fiesta li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport