Saturday, December 28, 2024

Sewwieq l-Isptar wara li baqa’ dieħel f’ħajt fil-Marsa

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li sewwieq kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1:20 p.m fi Triq is-Sajjieda, il-Marsa.

Mill-ewwel informazzjoni li rċieva dan is-sit jidher li s-sewwieq għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vann tat-tip Dyna u baqa’ dieħel f’ħajt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li ħa lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa l-identità u l-kundizzjoni tiegħu għadhom mhux magħrufa.

Aktar informazzjoni malli taslilna…

Ekonomija

Sport