Thursday, October 2, 2025

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Qala

Aqra wkoll


Dalgħodu, għall-ħabta tal-5:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, il-Qala, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Picanto misjuqa minn mara ta’ 53 sena residenti l-Qala u mutur Honda NSC misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti n-Nadur.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport