Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imtarfa, l-Imtarfa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki GSX misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti s-Siġġiewi u Isuzu D-Max misjuq minn mara ta’ 41 sena residenti r-Rabat.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.